Imut il-Prim Ministru tal-Kosta tal-Avorju – Iħalli nċertezza għall-elezzjoni Presidenzjali – One News

Notifiki

Imut il-Prim Ministru tal-Kosta tal-Avorju – Iħalli nċertezza għall-elezzjoni Presidenzjali

Imut il-Prim Ministru tal-Kosta tal-Avorju, Amadou Gon Coulibaly fl-għomor ta’ 61 sena. Huwa ttieħed l-isptar hekk kif ħassu ħażin waqt laqgħa ministerjali u miet ftit wara.

Gon Coulibaly kien se jkun kandidat għall-elezzjoni presidenzjali li għandha ssir f’Ottubru li ġej. Il-mewt tiegħu se tħalli inċertezza għal din l-elezzjoni, hekk kif il-President attwali qal li hu mhux interessat li jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni. Gon Coulibaly kien għadu kif irritorna minn xahrejn trattament għall-qalbu fi Franza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend