Għall-ħabs wara li tlajjat għall-prostituzzjoni u tat dettalji foloz lill-Pulizija – One News

Notifiki

Għall-ħabs wara li tlajjat għall-prostituzzjoni u tat dettalji foloz lill-Pulizija

Charlene Gatt ta’ 35 sena ngħatat is-sentenza ta’ seba’ xhur ħabs wara li nsabet ħatja b’diversi akkużi, fosthom li tat informazzjoni u dettalji foloz lill-Pulizija u li kienet qed titlajja għall-prostetuzzjoni.

Il-każ ġara fil-Gżira u l-Marsa fid-9 u fis-16 t’April li għadda.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Fredndo rat kif Gatt wettqet dawn l-akkużi waqt il-perjodu li kienet taħt ordni ta’ probation.

F’każ separat Gatt ġiet akkużata wkolll li fl-elfejn u tmintax kienet ressqet il-Qorti talli tat daqqa ta’ martell tal-laħam lill-ġara u lit-tifel tagħha.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Godwin Scerri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend