Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġo vann f’Dover – One News

Notifiki

Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġo vann f’Dover

Sitt iġriewi ġew salvati wara li nstabu miksija żejt ġewwa vann f’Dover.

Dawn il-griewi għandhom madwar 11-il ġimgħa u nstabu f’kundizzjoni severa.

Il-fondazzjoni Ingliża Dogs Trust Charity qalet li dawn il-ġriewi ġew impurtati illegalment mir-Rumanija.

Vjaġġ li possibilment ħa aktar minn 24 siegħa minkejja r-restrizzjonijiet tal-lockdown fir-Renju Unit fejn jidħol vjaġġar mhux essenzjali.

Kelliema għall-Fondazzjoni wissiet lin-nies rigward ir-riskji meta wieħed jixtri klieb minn riklami online.

Sostniet li huwa ta’ qsim il-qalb meta jaraw klieb jispiċċaw vittma ta’ dan, sabiex jagħmlu profit minn fuqhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend