Membri tal-MŻPN irrabjati li ma kinux ikkonsultati dwar l-istqarrija li talbet għar-riżenja ta’ Delia – One News

Notifiki

Membri tal-MŻPN irrabjati li ma kinux ikkonsultati dwar l-istqarrija li talbet għar-riżenja ta’ Delia

Uħud mill-membri tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, jinsabu urtati u rrabjati li ma ġewx ikkonsultati dwar l-istqarrija li ħarġet l-MŻPN aktar kmieni llum li talbet għar-riżenja tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.

Irrapporta dwar dan is-sit tal-aħbarijiet Illum, li spjega kif sorsi fi ħdan il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista qalu li hemm rabja fost numru ta’ membri li ma ġewx infurmati bl-istqarrija uffiċjali li ttellgħet dalgħodu fuq il-paġna tal-MŻPN ta’ Facebook.

L-Illum ikkwota lis-sors jgħid li anki jekk hemm membri fl-eżekuttiv li huma xettiċi dwar Delia, ukoll ma qablux li kellha tittieħed pożizzjoni uffiċjali mingħajr diskussjoni fl-eżekuttiv.

L-Illum għamel kuntatt mas-Segretarju tal-MŻPN James Aaron Ellul li ma kkummentax u qal biss li dak li jiġri fi ħdan l-MŻPN jibqa’ fl-MŻPN.

Aqra wkoll:

L-MŻPN jitlob lil Delia biex iwarrab u jgħidlu li d-demokrazija mhux fejn jaqbel lilu biss

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend