Jinstabu 180 katavru taħt pont u f’għelieqi f’Burkina Faso – One News

Notifiki

Jinstabu 180 katavru taħt pont u f’għelieqi f’Burkina Faso

Minn tal-inqas 180 katavru, li huma kollha rġiel, nstabu midfuna f’gruppi ta’ għoxrin, mal-ġenb tat-toroq prinċipali u taħt diversi pontijiet u għelieqi f’Burkina Faso.

Din is-sejba ġiet rrapportata mill-Human Rights watch u r-rapport jgħid li dawn l-oqbra nstabu f’reġjun fejn il-forzi tal-Gvern qed jiġġieldu r-ribelli Jihadista.

Il-Human Rights Watch tennew li hemm evidenza li turi li dawn huma vittmi ta’ qtil ekstraġudizzjarju mill-armata u saħqu sabiex il-Gvern ifittex minn hu responsabbli li biddel dawn l-akwati għal dak msejħa bħala killing field.

Il-Ministru għad-Difiża tal-pajjiż qal li dan il-qtil possibilment sar minn grupp li seraq l-uniformijiet u tagħmir tal-armata.

Il-Gvern tal-pajjiż fetaħ investigazzjoni dwar dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend