Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura l-ikbar impjant fotovoltajku f’Malta – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura l-ikbar impjant fotovoltajku f’Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-ikbar impjant fotovoltajiku f’Malta, fuq art fl-Imġarr li sa ftit tas-snin ilu kienet barriera tal-ġebla tal-qawwi, u li llum inbidlet f’sors ta’ enerġija rinovabbli.

Il-proġett ta’ Imselliet Solar Limited huwa mifrux fuq disgħin elf metru kwadru ta’ art, li minnhom intużaw biss ħamsin elf metru kwadru għall-pannelli biex il-kumplament tal-art intużat għat-tħawwil ta’ tliet elef u tliet mitt siġra.

L-impjant, b’aktar minn sittax-il elf pannella fotovoltajika, kapaċi jiġġenera mat-tmien miljuni u sitt mitt elf unit tal-elettriku fis-sena, ekwivalenti għall-elettriku f’elfejn u mitejn dar f’Malta u Ghawdex.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan il-proġett juri l-bilanċ li għandu jkun hemm f’kull investiment. Iddeskrivih bħala l-aqwa eżempju ta’ kif żvilupp intelliġenti jista’ jkun sostenibbli fl-istess waqt li jħares u jaħdem favur l-ambjent.

Qal ukoll li dan il-proġett huwa mudell ta’ dak li jemmen fih il-Gvern, u li jieħdu pass eqreb biex jintlaħqu l-miri ambjentali fis-snin li ġejjin fl-istess waqt li jkun hawn inqas tniġġis fl-arja.

“Ibqgħu aħdmu, ibqgħu investu, żgur se ssibu l-Gvern warajkom”, temm jappella l-Prim Ministru lill-investituri preżenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend