BIR-RITRATTI: Arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga u flus kontanti – One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga u flus kontanti

Raġel ta’ 29 sena minn Birżebbuġa, ġie arrestat ilbieraħ filgħaxija, f’Ħaż-Żabbar, wara li fil-pussess tiegħu nstabu diversi pakketti li kien fihom droga sintetika, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għall-aktar stħarriġ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Dan l-arrest sar permezz ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *