Fl-aħħar sigħat, in-nies ta’ Adrian Delia ntalbu biex jinżlu fl-istamperija biex juru l-appoġġ lill-Kap li possibbilment illejla jaffaċċja vot ta’ sfiduċja waqt laqgħa tal-grupp parlamentari.
Barra d-Dar Ċentrali tispikka wkoll l-preżenza tal-pulizija li qiegħda hemm għal li jista’ jinqala’.
In-nies bdew jinġabru minn kmieni wara nofsinhar, b’messaġġi li bdew jiċċirkolaw urew ġlied kbir bejn dawk mal-fazzjoni ta’ Delia u dawk mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil.
Fl-aħħar sigħat kien rappurtat ukoll li l-eks Kap Nazzjonalista u eks Prim Ministru Lawrence Gonzi ġie mitlub mill-Kap Adrian Delia biex iservi ta’ medjatur fil-laqgħa taħraq tal-grupp parlamentari tal-lejla.
Madankollu l-ILLUM irrappurtat li Gonzi giddeb lil ta’ Delia u saħaq li ma kienx mitlub ikun medjatur.
Gonzi qal li ma ġiex mistieden għal-laqgħa tal-lejla iżda ma weġibx jekk fl-aħħar sigħat iltaqax ma’ Delia.