Il-Gvern isostni li r-responsabbiltà politika marbuta mal-konċessjoni tal-VGH intrefgħet – One News

Notifiki

Il-Gvern isostni li r-responsabbiltà politika marbuta mal-konċessjoni tal-VGH intrefgħet

Fi stqarrija l-Gvern qal li waqt li jieħu nota tar-rapport ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali b’rabta mal-konċessjoni mogħtija lil Vitals Global Healthcare, sostna li r-responsabbiltà politika marbuta ma’ din il-konċessjoni diġà ntrefgħet bit-talba għar-riżenja u bl-eventwali tkeċċija tal-ministru li kien responsabbli minn dan il-proġett.

Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela kompla jgħid li se jkun qiegħed jassigura li fi proċessi ta’ kompetizzjoni tal-futur, nuqqasijiet li tkellem dwarhom l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.

Dan fl-ispirtu tar-riformi importanti li qiegħda twettaq din l-amministrazzjoni fil-qasam tal-governanza t-tajba, temm jgħid il-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ara jason azzopardi ukoll suppost refa’ r-responsabilita’ politika mhux f’każ wieħed…. imma… boq!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend