BIL-FILMAT: €5 miljun fl-ekonomija mit-turiżmu sportiv – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: €5 miljun fl-ekonomija mit-turiżmu sportiv

Fl-aħħar sena, it-turiżmu sportiv relatat mal-futbol ħalla ħames miljun ewro fl-ekonomija Maltija filwaqt li kien responsabbli għal okkupanza fil-lukandi Maltin ta’ madwar 30,000 lejl.

Dan joħroġ minn studju konġunt bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Malta Football Association u l-kumpanija sussidjarja tal-MFA Sports Plus.

Dan intqal waqt żjara li saret mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli fil-kumpless sportiv tal-MFA fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. In-numru jkompli jiżdied meta wieħed iqis ir-reklam ta’ pajjiżna fuq siti, stazzjonijiet u ġurnali internazzjonali mill-midja li żżur Malta sabiex issegwi lit-timijiet tal-futbol.

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo faħħar il-kollaborazzjoni li hemm bejn l-MFA, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Awtorità Maltija għat-Turizmu li wasslet għal dawn ir-riżultati inkoraġġanti.

“Bejn Jannar u April l-Assocjazzjoni flimkien mal-kumpanija kummercjali MFA Sports Plus iġġib lejn pajjiżna mal-15,000 bed night u allura hemmhekk għandna numru importanti li meta jiżdied mal-15,000 bed night oħra li t-timijiet nazzjonali jżuru tul is-sena kalendarja qed nitkellmu fuq saħħa ta’ 30,000 bed night fis-sena.”

Semma li l-MFA qed taħdem fuq pjan biex tkompli taħdem u ssaħħaħ l-infrastruttura sportiva ta’ pajjiżna sabiex tkun tal-aqwa livell.

Min-naħa tagħha l-Ministru Julia Farrugia Portelli qalet li tħares ‘il quddiem biex din ir-relazzjoni b’saħħitha li hemm mal-MFA bejn l-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu u l-Ministeru għat-Turiżmu tkompli tissaħħaħ fix-xhur li ġejjin.

“It-turiżmu sportiv huwa niċċa li l-Ministeru għat-Turiżmu jrid ikompli jwieżen biex naraw li fix-xhur li ġejjin nattiraw iżjed turisti lejn pajjiżna anke permezz ta’ training camps speċjalizzati li jkun għaddejjin fuq il-futbol.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend