Tibda ż-żjara tal-Prim Ministru Libjan f’Malta – One News

Notifiki

Tibda ż-żjara tal-Prim Ministru Libjan f’Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ f’Kastilja lill-Prim Ministru Libjan Fayyez al Sarraj għal-laqgħa fil-Berġa ta’ Kastilja fil-bidu ta’ żjara uffiċjali f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru Libjan kien milqugħ mill-Prim Ministru Malti fi Pjazza Kastilja fejn it-tnejn spezzjonaw il-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati Maltin.

Wara dawn daħlu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn kellhom taħdidiet bilaterali.

Dr Abela qal li l-Libja hija sieħeb strateġiku fil-missjoni ta’ Mediterran fil-paċi u prosperità. Semma’ l-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Hekk kif irrefera għall-problema tal-immigrazzjoni, il-Prim Ministru Malti rringrazzja lill-Gvern Libjan li fi kliem il-Prim Ministru Malti waqqaf it-telf ta’ ħajjiet fil-Mediterran.

Semma’ wkoll il-programmi tal-Unjoni Ewropea li qed isiru fil-Libja u l-kontinent Afrikan.

Irriafferma l-appoġġ tal-poplu Malti biex il-Libja tinbena mill-ġdid u terġa’ ssir pajjiż stabbli u prosperità anka permezz ta’ investimenti.

Il-Prim Ministru Libjan qal li hu kburi li jerġa’ jiltaqa’ mal-Prim Ministru Malti u tenna l-bżonn li ż-żewġ pajjiżi jaħdmu flimkien għall-ġid taż-żewg popli.

Awgura li t-taħdidiet iwasslu għal dan il-għan.

Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Abela għat-taħdidiet kien hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend