Raġel ta’ 61 l-isptar wara li baqa’ dieħel ġo siġra waqt li kien qed isuq il-mutur fil-Pietà – One News

Notifiki

Raġel ta’ 61 l-isptar wara li baqa’ dieħel ġo siġra waqt li kien qed isuq il-mutur fil-Pietà

Raġel ta’ 61 sena minn Raħal Ġdid jinsab f’kundizzjoni gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u spiċċa ħaba ma’ siġra.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja tat-Tnejn filgħodu fi Triq l-Indipendenza fil-Pietà.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend