Raġel ta’ 24 isofri ġrieħi gravi wara argument bejn 3 persuni fil-Ħamrun – One News

Notifiki

Raġel ta’ 24 isofri ġrieħi gravi wara argument bejn 3 persuni fil-Ħamrun

Raġel ta’ 24 sena mill-Ħamrun jinsab rikoverat l-isptar bi ġrieħi gravi wara argument bejn tliet persuni fi Triq Żimelli kantuniera ma’ Triq Stiefnu Zerafa fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu u għaldaqstant il-pulizija marru immedjatament fuq il-post.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-argument li seħħ kien bejn raġel ta’ 24 sena u żewġt irġiel Eġizzjani ta’ 41 u 42 sena.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-irġiel kollha l-isptar hekk kif waqt l-argument allegatament intuża oġġett iebes tal-ħadid.

Ir-raġel ta’ 24 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni taż-żewġt irġiel l-oħra għadha pendenti.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend