Raġel f’qagħda gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Raħal Ġdid – One News

Notifiki

Raġel f’qagħda gravi wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Raħal Ġdid

Albaniż ta’ 30 sena minn Birżebbuġa jinsab f’qagħda gravi wara li waqa’ madwar 3 metri minn sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart tat-Tnejn filgħodu fi Triq Duminku Mintoff, Raħal Ġdid.

Immedjatament fuq il-post tal-inċident marret ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend