L-Italja se ddaħħal 180 immigrant li ġew salvati fil-baħar Mediterran – One News

Notifiki

L-Italja se ddaħħal 180 immigrant li ġew salvati fil-baħar Mediterran

L-Italja se ddaħħal mija u tmenin immigrant li ġew salvati fil-baħar Mediterran, wara iktar minn ġimgħa bejn sema u ilma qabel setgħet tittieħed id-deċiżjoni.

Il-bastiment Ocean Viking iddikjara stat ta’ emerġenza l-Ġimgħa, wara biża’ għas-sigurtà kemm tal-immigranti u anki tal-membri tal-ekwipaġġ.

L-immigranti mistennija jiġu trasferiti fuq bastiment tal-Gvern fi Sqallija aktar tard illum, u se joqogħdu kwarantina għal ġimagħtejn.

L-immigranti ġejjin minn bosta pajjiżi fosthom il-Pakistan, l-Eritrea u n-Niġerja. Huma ħallew il-kosta Libjana u ġew salvati f’erba’ gruppi bejn il-ħamsa u għoxrin u t-tletin ta’ Ġunju.

Fost l-immigranti hemm ħamsa u għoxrin minuri u żewġ nisa inkluż waħda tqila.

Il-bastiment kien qed jistenna permess biex jidħol jew fl-Italja jew f’Malta, u t-Tnejn ġie deċiż li l-immigranti jiddaħħlu l-Italja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend