Jinħeles minn kull akkuża fuq każ li seħħ tnax -il sena ilu – One News

Notifiki

Jinħeles minn kull akkuża fuq każ li seħħ tnax -il sena ilu

Anton Mallia ta’ ħamsa u erbgħin sena kien meħlus minn kull akkuża mill-Qorti tal-Appell wara li tnax –il sena ilu ttella’ l-qorti fuq ħames kaxxi tas-sigaretti allegatament tal-kuntrabandu.

Mallia kien arrestat fl-elfejn u tmienja meta l-pulizija qabditu jittrasferixxi ħames kaxxi mill-karozza tiegħu għall-karozza ta’ sieħbu fil-Furjana.

F’Lulju tal-elfejn u sittax Mallia nstab ħati talli kien fil-pussess ta’ oġġetti ta’ kuntrabandu u ngħata sentenza sospiża ta’ sitt xhur sospiża għal sena flimkien ma’ multa ta’ sitt mitt ewro.

Fi stadju ta’ appell il-Qorti qalet li n-natura illeċita ta’ dawn is-sigaretti ma kienx ippruvat u b’hekk ordnat li Mallia jinħeles minn kull akkuża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend