Imnedija sett ta’ standards li se jgħinu lil persuni vulnerabbli – One News

Notifiki

Imnedija sett ta’ standards li se jgħinu lil persuni vulnerabbli

Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ħabbar sett ta’ standards għal servizzi tal-komunità bil-għan li jgħinu aktar nies vulnerabbli jilħqu l-miri u l-ambizzjonijiet li għandhom f’ħajjithom b’mod komprensiv.,

F’konferenza tal-aħbarijiet  ingħad li dawn l-istandards jikkunsidraw il-prinċipji ta’ dinjità, ta’ privatezza, tad-dritt għall-għażla, tas-sigurtà, tat-twettiq tal-potenzjal, tal-ugwaljanza, tal-individwalità u tad-diversità skont il-filosofija u l-proċeduri tas-servizz u tal-bżonnijiet ta’ kura li għandu kull individwu.

Il-Ministru Falzon qal li se jsir outreach fost gruppi, familji u individwi emarġinati fil-komunità.

Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Matthew Vella qal li b’dan se naċċertaw li l-ebda individwu fis-soċjetà ma jħossu qed jaqa’ lura iżda jingħata l-ħarsien u l-attenzjoni neċessarji sabiex tassew jilħaq il-potenzjal tiegħu.

Permezz ta’ dawn is-sitt standards qed inħarsu li ninvestu f’servizzi ta’ kwalità sabiex is-sitwazzjoni preżenti ta’ dawn l-individwi ma tiddeterminax il-futur iżda niżguraw ġejjieni aħjar fejn jilħqu l-potenzjal u l-ħolm tagħhom bil-kollaborazzjoni tibqa’ fiċ-ċentru tal-ħidma. Dawn l-istandards saru b’konsultazzjoni sħiħa sabiex jiġi assigurat li l-perspettivi kollha qed jiġu kkunsidrati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend