Il-Kamra tal-Kummerċ Irlandiża tissuġġerixxi lill-Gvern biex timxi fuq il-passi ta’ Malta u tintroduċi skema ta’ vouchers

Il-Kamra tal-Kummerċ Irlandiża qed tissuġġerixxi li l-Gvern tal-Irlanda jintroduċi skema ta’ vouchers għan-nies biex jonfqu fil-ħwienet li qed jissieltu biex jirkupraw it-telf minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.

Il-Kamra tal-Kummerċ argumentat li filwaqt li diversi negozji f’Belfast reġgħu fetħu u sejrin tajjeb, hemm bosta negozji żgħar u f’partijiet oħra tal-pajjiż li mhux jaraw bejgħ.

Irreferiet għal Malta u bliet oħra li qed jindirizzaw din il-problema b’mod dirett billi l-Gvern joħroġ vouchers għaċ-ċittadini biex jonfquhom f’setturi li ntlaqtu sew, bħal dak tal-ospitalità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend