Għalliema tal-Ingliż jipprotestaw quddiem skola fis-Swieqi – One News

Notifiki

Għalliema tal-Ingliż jipprotestaw quddiem skola fis-Swieqi

It-Tnejn filgħodu grupp ta’ madwar għoxrin għalliema tal-iskola li tgħallem l-Ingliż Clubclass u li huma msieħba tal-Unjin tal-Edukaturi Professjonali organizzaw protesta quddiem il-binja tal-istess skola ġewwa s-Swieqi.

Ir-raġuni wara din il-protesta hija marbuta mal-konvinzjoni tal-istess unjin li l-iskola Clubclass ma riditx tiltaqa’ mal-unjin.

Fi stqarrija li ħarġet mill-Clubclass tenniet li hija offriet li tiltaqa’ mal-unjin fil-ġimgħa ta’ l-għoxrin ta’ Lulju. L-istess stqarrija enfasizzat li din il-laqgħa ma saritx minħabba li l-iskola kienet għaddejja bi preparamenti relatati mal-prekawzjonijiet minħabba il-COVID-19 sabiex tibda tilqa’ l-ewwel studenti.

Clubclass iddikjarat li ma keċċiet l-ebda impjegat minn meta faqqgħet il-pandemija u tenniet li l-iskola żammew kundizzjonijiet xieraq lill-ħaddiema tagħha.

L-iskola offriet frott, ilma u kenn għax-xemx permezz ta’ umbrellel lil dawk li pprotestaw iżda sakemm domna hemm aħna iżda ħadd ma uża jew ħa minn dak offrut mill-iskola.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend