Bidu tajjeb wara l-ewwel tmiem il-ġimgħa bit-turisti – One News

Notifiki

Bidu tajjeb wara l-ewwel tmiem il-ġimgħa bit-turisti

Wara li inqas minn ġimgħa ilu fetaħ l-ajruport internazzjonali ta’ Malta, fejn fl-ewwel jum biss rifsu pajjiżna mal-1,800 persuna minn fost ħdax -il titjira, in-negozji lokali fosthom sidien ta’ ristoranti u stabbilimenti tax-xorb jinsabu sodisfatti.

Wara l-ewwel tmiem il-ġimgħa li fih ra l-influss tat-turisti f’pajjiżna, dan l-istazzjon tkellem ma’ David Xuereb mill-Kamra tal-Kummerċ u Philip Fenech mill-Kamra tan-Negozji ż-żgħar u medja fejn lkoll sostnew li l-qasam turistiku f’pajjiżna reġa’ qed iqum fuq saqajh.

Il-Kamra tal-Kummerċ qed tħares lejn ix-xahar id-dieħel fejn l-affarijiet mistennija jkomplu jitjiebu.

Xuereb stqarr, “In-negozji qed jirrapurtaw li dan huwa bidu, bidu żgħir bejn wieħed u ieħor għaddejjin qisu 25% sa 30% ta’ dak li normalment li t-turiżmu mistenni li jesperjenza f’dan iż-żmien tas-sena. Qisna għaddejjin fuq livelli tax-xitwa. Pero huwa bidu tajjeb. Jisperaw illi f’Awwissu jekk l-affarijiet jibqgħu kif inhuma l-break even point jintlaħaq.”

Fost it-turisti li ġew pajjiżna fl-aħħar jiem kien hemm dawk bil-baħar, fosthom bil-katamaran.

Philip Fenech mill-Kamra tan-Negozji ż-żgħar sostna li minkejja li għadna bidu n-negozju lokali laq’a dan b’entużjażmu kbir u diġa beda jinħass l-kummerċ ħaj f’lokalitijiet bħal San Ġiljan.

“Jekk il-kunfidenza tibqa’ tikber u jekk Alla jrid il-covid tiġi iktar ikkontrollata barra minn Malta għax aħna niddependu minn hemm ukoll naturalment dawn il-flights ser jiżdiedu. Pero jiena l-kalkoli tiegħi, forecasts huma illi għal dan ix-xahar għandna ngħalqu bejn 30, 40 u anke forsi 50 elf jekk inkunu fortunati wkoll.” Temm jgħid Fenech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend