AĠĠORNAT: Anzjan imut wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Anzjan imut wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq

Pollakk ta’ 78 sena  tilef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied iż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, fejn ittella’ l-art mitluf minn sensih.

Jidher li r-raġel ġie mgħejjun mill-għaqda tas-Salib l-Aħmar fejn membru minnhom qabeż il-baħar u oħrajn assistew sabiex ir-raġel jittella’ fuq l-art. Huma mal-ewwel tawh l-ewwel għajnuna permezz tas-CPR.

Huma baqgħu jassitu sakemm ġiet l-ambulanza, bir-raġel jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura,Iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa ġie ċċertifikat mejjet.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha, filwaqt li ġiet appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrattal-Għassa Dr Astrid May Grima.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend