Aktar Pulizija jitressqu l-Qorti fuq il-każ ta’ ‘extra duty’ – One News

Notifiki

Aktar Pulizija jitressqu l-Qorti fuq il-każ ta’ ‘extra duty’

Fil-Qorti komplew jitressqu aktar uffiċjal tal-pulizija li kienu jaħdmu fis-sezzjoni tat-traffiku u qed jiġu akkużati b’kompliċita fi frodi u dikjarazzjonijiet foloz.

Il-Pulizija bdew jinvestigaw ittra anonima li ntbagħtet u kixfet dan l-allegat abbuż. Allegatament dawn l-uffiċjali ma kenux qegħdin jagħmlu xogħol ta’ extra duty ma’ Transport Malta u Infrastruttura Malta fil-proġett tal-Marsa, meta suppost kienu għassa mit-toroq li jibdew minn Triq ix-Xintill Raħal Ġdid sar-roundabout ta’ Ħal Luqa.

Minflok kienu jkunu l-pulizija li huma xogħol li qed jagħmlu dan ix-xogħol, flok dawk li qed jitħallsu għalih. Allegatament l-moħħ wara dan l-abbuż huwa is-surġent Norman Xuereb.

Fost dawk li tressqu l-Qorti, Quddiem il-Maġistrat Rcahel Montebello tressqu Alexander Sellar ta’ 40 sena, Francis Zerafa ta’ 47 sena, Alvin Dimech ta’ 32 sena u Josmar Muscat ta’ 29 sena.

Huma wieġbu mhux ħatja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend