It-tfittxija ta’ Madeline McCann hija waħda mill-akbar u l-itwal tfittxija – One News

Notifiki

It-tfittxija ta’ Madeline McCann hija waħda mill-akbar u l-itwal tfittxija

Madeleine McCann. Isem sinonimu ma’ waħda mill-akbar investigazzjonijiet internazzjonali b’rabta mal-għajbien ta’ tfal li beda 13-il sena ilu. Każ li issa reġa’ fuq fomm kulħadd, hekk kif fl-aħħar ġimgħat ġie iddentifikat is-suspettat ewlieni b’rabta mal-każ, li skont l-investigazzjoni ta’ Scotland Yard kien fl-inħawi minn fejn sparixxiet it-tifla minn Praia da Luz fil-Portugall lura fl-2007.

Christian Bruckner ta’ 43 sena mill-Ġermanja bħalissa qed iservi sentenza ħabs fil-Ġermanja b’rabta ma’ każijiet oħra ta’ abbuż fuq tfal. Fl-aħħar investigazzjonijiet li saru nstab li kellu fil-pussess tiegħu materjal kompromettenti ta’ tfal.

McCann għebet minn appartament privat waqt btala tal-familja fit-3 ta’ Mejju tal-2007, waqt li ġenituri tagħha ma kinux fl-appartament.

Xhur wara l-għajbien ta’ binthom, Kate u Gerry McCann issemmew mill-Pulizija Portugiża bħala suspettati fil-każ, u għal kważi sena kienu qed jiġu mitkellma.

Eventwalment il-Pulizija Metropolitana Ingliża wkoll daħlet fl-investigazzjoni, u bdiet tinterroga bosta persuni.

Mal-aħbar li l-Ġermaniż qed jitqies bħala suspettat, l-investigazzjoni issa ġiet ikklassifikata bħala inkjesta dwar omiċidju, hekk kif il-Pulizija qed tqis li Madeleine McCann hija mejta.

Ħafna issa qed jargumentaw, forsi ġustament, li l-każ McCann baqa’ prominenti aktar minn kwalunkwe każ ieħor ta’ ħtif jew għajbien ta’ tfal. Għaliex?

Dan il-każ tefa’ dawl kompletament ġdid fuq ir-rappurtaġġ ta’ dawn it-tip ta’ każijiet.

L-appelli tal-Pulizija u l-awtoritajiet għall-għajnuna mill-pubbliku biex ikun solvut il-każ wassal biex informazzjoni kruċjali u uffiċjali tkun disponibbli b’mod virtwali. B’hekk, għall-ewwel darba, kellna investigazzjoni kriminali li parti minnha kienet qed tiddependi mill-informazzjoni mill-midja u mill-pubbliku.

Garry McCann, missier Madeline stqarr: “We were advised that raising awareness of a disappearance will help in the search for that person. We have taken strength from people who supported us and by being active in the search. Had we locked ourselves indoor and just waited we would be shells of the people we are.”

B’rabta mal-aħħar żviluppi dwar is-suspettat, il-koppja McCann qalet li kulma jridu issa hu li jsiru jafu l-verità kollha, u dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend