Notifiki

Il-President tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja bi żjara uffiċjali f’Malta

Il-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjan tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja Fayez Mustafa Serraj, se jkun Malta għal żjara uffiċjali għada t-Tnejn, 6 ta’ Lulju.

Fi stqarrija l-Gvern spjega li wara ċ-ċerimonja tal-wasla fi Pjazza Kastilja, Serraj u d-delegazzjoni Libjana mistennija jkollhom taħditiet uffiċjali mal-Prim Ministru Robert Abela dwar diversi suġetti ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi fosthom l-immigrazzjoni.

Fost id-delegazzjoni Libjana se jkun hemm ll-Ministru għall-Intern Libjan u l-Minsitru għall-Affarijiet Barranin Libjan. Il-Prim Ministru Libjan mistenni jiltaqa’ wkoll mal-President George Vella.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend