Għall-qorti wara ġlieda f’post ta’ divertiment – One News

Notifiki

Għall-qorti wara ġlieda f’post ta’ divertiment

Żagħżugħ tressaq il-Qorti akkużat li għal-ħabta tat-3:15 tas-Sibt filgħodu ħebb għal ġuvni ieħor fi stabbiliment tad-divertiment fir-Rabat. Iż-żgħażugħ li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti wieġeb mhux ħati li kkawżalu ġrieħi gravi u li kissirlu nuċċali.

Id-difiża mmexxija mill-avukati Albert Zerafa u Valentina Lattughi talbet il-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.

Dan hekk kif l-akkużat stqarr li huwa kien aggredit waqt li kien mat-tfajla tiegħu u kellu jiddefendi ruħu.

Il-Prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal din it-talba, u wara li rat li ż-żagħżugħ għandu fedina penali nadifa, il-Qorti ordnat il-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €9,000.

Huwa ġie ordnat jiffirma kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa fl-għassa. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend