BIL-FILMAT: Deputati Nazzjonalisti jiltaqgħu fid-Dar Ċentrali u jisfidaw lil Delia – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Deputati Nazzjonalisti jiltaqgħu fid-Dar Ċentrali u jisfidaw lil Delia

 

22:30: Adrian Delia jiżgiċċa u ħareġ minn bieb tal-ġenb. Filwaqt li meta nfetaħ il-bieb tad-Dar Ċentrali l-ġurnalisti miġburin barra ngħataw l-impressjoni li l-Kap ħiereġ mill-bieb prinċipali u jagħti l-kummenti u jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, f’daqqa waħda ngħalaq il-bieb prinċipali u ntfew id-dwal. Nies li jkunu s-soltu ma’ Delia ngħaddilhom messaġġ biex jitilqu l’hemm.

22:20: Barra d-Dar Ċentrali nġabru nies ta’ Delia, u nfetaħ il-bieb prinċipali tal-istamperija. Stennija jekk hux se joħroġ il-Kap Adrian Delia jagħti kummenti.

22:00: Numru ta’ deputati Nazzjonalisti dehru ħerġin. Ħarġu f’daqqa flimkien, Jason Azzopardi, David Thake u Jason Azzopardi. Ħadd minnhom ma kkummenta iżda kemm Azzopardi u anki Aquilina dehru jitbissmu.

21:15: Adrian Delia deher jidħol fil-laqgħa li damet tliet sigħat.

Aktar kmieni: Numru ta’ Deputati Nazzjonalisti llejla ltaqgħu mingħajr il-Kap Nazzjonalista wara r-rapport tat-Times li Adrian Delia kellu komunikazzjoni kontinwa mas-suspettat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.

Ir-rapport tat-Times jgħid li Delia kellu messaġġi ma’ Fenech wara li kien magħruf li n-negozjant huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black,

Din il-laqgħa qed issir anki jekk il-Kap Adrian Delia ħareġ stqarrija l-Ħadd filgħodu jsostni li se jlaqqa’ grupp parlamentari aktar tard din il-ġimgħa, iżda ċertu deputati ħassew li għandhom jiltaqgħu xorta mingħajru mill-aktar fis, f’mossa meqjusa bħala waħda ta’ sfida għall-Kap.

Fost id-deputati preżenti f’din il-laqgħa mingħajr Delia hemm Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami, Ryan Callus, Ivan Bartolo, Karl Gouder, Claudette Buttigieg, Kevin Cutajar, Chris Said, Claudio Grech, Stephen Spiteri, Mario de Marco, David Thake, Roberta Metsola, David Casa, Kristy Debono u Herman Schiavone.

Dawn l-aħħar żewġ deputati kienu meqjusa bħala deputati leali lejn il-fazzjoni Delia iżda fl-aħħar ġimgħat kompla joħroġ ċar li qed jiddistakkaw ruħhom mill-Kap.

Il-kumplament tad-deputati ġejjin mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil u fi Frar li għadda kienu parti minn dawk imsejħa bħala s-sbatax-il eroj blu.

Għal-laqgħa ma jidhirx li hemm lanqas iż-żewġ Viċi-Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Ħadd filgħodu t-Times irrappurtat ukoll li bosta deputati kienu rrabjati għall-aħħar rapporti żvelati minn Delia, iktar u iktar għaliex sa ftit tal-jiem ilu, Delia ċaħad li kellu kuntatt ma’ Yorgen Fenech wara li kien magħruf li huwa s-sid ta’ 17 Black.

Dawn id-deputati jinsabu rrabjati għaliex qed isostnu li Delia gideb u wisq iżjed gideb lilhom.

Kif sar magħruf li għaddejja din il-laqgħa, barra d-Dar Ċentrali nġemgħu xi nies ta’ Delia u li dawn dejjem ġie bżonnhom il-Kap meta kien hemm min ried itajjarlu rasu.

Il-bieb prinċipali tal-istamperija huwa magħluq iżda ċertu deputati dehru deħlin mill-entratura tal-medialink.

Dan l-aħħar żvilupp isegwi dak li ġara sa żewġt iħdud ilu meta f’laqgħa storbjuża, Delia affaċċja Deputati wara allegazzjonijiet serji li saru li hu ġie offrut flus m’għand Yorgen Fenech biex il-kampanja ta’ David Casa tkun imminata u dan ma jitlax fil-Parlament Ewropew fl-aħħar elezzjoni li saret f’Mejju tas-sena l-oħra.

Din l-allegazzjoni saret minn David Thake, illum deputat tal-Partit Nazzjonalista u ssemma wkoll Pierre Portelli.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend