ARA: Kumpanija bbażata f’Malta qed toffri titjira minn Londra sa Barbados – One News

Notifiki

ARA: Kumpanija bbażata f’Malta qed toffri titjira minn Londra sa Barbados

Minkejja li l-maġġoranza tal-linji tal-ajru waqqfu t-titjiriet tagħhom fit-tul minħabba l-imxija tal-Coronavirus, dan ma żammx lil-linja tal-klassi għolja Brittanika milli tmur il-Karibew f’dan is-sajf. Dan sar billi l-kumpanija tal-ajru Caledonia Jets kriet ajruplan privat speċjali mingħand il-kumpanija AirX.

Fil-gazzetta Kullħadd kien spjegat li l-kumpanija AirX, ilha bbażata f’pajjiżna sa mill-2013 u l-kwartieri ta’ din il-kumpanija jinsabu fi Smart City. AirX qed tikri l-jet privat Airbus A340 komplut b’100 seat kollha First Class biex jiġu jsiru titjiriet minn Londra għall-Barbados. L-ajruplan, li huwa magħruf ukoll bħala“Big”, jesa’ sa 440 passiġġier, iżda l-kumpanija AirX irrinovatu fl-2016 wara li nxtara mil-linja tal-ajru ta’ Sri Lanka wara 13-il sena fis-servizz.

L-uniku diffikultà li għandhom il-Brittaniċi hu li hekk kif jirritornaw f’pajjiżhom aktarx li se jkollhom iqattgħu erbatax-il jum fi kwarantina, wara miżura li tħabbret reċentement mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson.

Il-Barbados hi waħda mill-aktar destinazzjonijiet popolari fost il-Brittaniċi u qabel il-pandemija naqset il-vjaġġi internazzjonali, ta’ tliet linji tal-ajru – British Airways, Virgin Atlantic Airways u TUI Airways – kienu jservu titjiriet lejn Bridgetown minn diversi bliet madwar ir-Renju Unit. Iżda sakemm dawn jerġgħu jibdew joperaw lejn l-aħħar ta’ Lulju, Caledonia Jets u AirX se jkunu l-uniċi żewġ linji tal-ajru li se jtiru Londra u l-Barbados.

L-Airbus A340-300 hu l-flagship tal-flotta tal-AirX, li twaqqfet fl-2011, iżda trasferiet l-operat kollu tagħha lejn Malta sentejn wara.

Is-sena l-oħra ġiet iċċertifikata mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta biex tkun tista’ tagħmel il-manutenzjoni lill-flotta dejjem tikber tagħha.

Dan kien importanti għall-kumpanija biex tkompli ssostni l-preżenza tagħha f’Malta, waqt li l-pajjiż ikompli jkabbar l-industrija tiegħu tal-avjazzjoni li tikkontribwixxi mat-2.5% tal-Prodott Gross Domestiku u timpjega aktar minn 3,500 persuna.

Dan l-aħħar, il-kumpanija AirX isemmiet mir-rivista Billionaire.com bħala waħda mill-10 aqwa kumpanji li joffru titjiriet charter privati minn madwar id-dinja. Dan permezz tas-servizz eċċellenti u għal-livell għoli ta’ sigurtà li toffri.

Din il-linja tal-ajru ġieli vjaġġaw magħha persuni famużi ċelebrazzjonijiet mid-dinja ta’ Hollywood, fost oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend