Proċess simplifikat għal min jgħix f’Malta – One News

Notifiki

Proċess simplifikat għal min jgħix f’Malta

Bdiet ħidma konġuta bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Aġenzija Identity Malta sabiex jiġi issimplifikat il-proċess biex residenti barranin f’Malta li qegħdin jikru proprjetajiet f’pajjiżna jkollhom titlu validu ta’ residenza maħruġ fl-iqsar perjodu possibbli.

Dan ġie diskuss f’laqgħa li saret bejn il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes u s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza Alex Muscat flimkien mar-rappreżentanti mill-Awtorità tad-Djar u l-Aġenzija Identity Malta, hekk kif fl-ewwel ta’ Jannar daħlet fis-seħħ il-liġi tal-kirjiet residenzjali privati.

Identity Malta se tkun qed titlob l-ittra ta’ approvazzjoni li tinħareġ mill-Awtorità tad-Djar li tassigura li l-applikant ikollu titlu sigur fuq kull kuntratt ta’ kirja residenzjali li jaqa’ taħt il-liġi u li biha ikun jista’ japplika għall-permessi relevanti biex ikun jistà jgħix u jaħdem f’pajjiżna.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes fakkar fl-ewwel pass li sar meta ngħata s-serħan-il moħħ lil diversi inkwilini, kemm Maltin kif ukoll barranin.

Huwa stqarr: Iridu nifhmu li ħaddiema barranini jridu jingħataw is-servizz għal impenn biex ikollhom dar mixtieqha u b’hekk se naqsu l-burokrazija.”

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza Alex Muscat saħaq li huwa fundamentali li entitajiet fi ħdan il-Gvern jaħdmu id f’id.

Huwa sostna: “Importanti li entitajiet jaħdmu flimkien, f’dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ min joqgħod Malta u kulħadd jieħu l-aħjar servizz.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend