Mitħna ta’ 300 sena li reġgħet ingħatat il-ħajja 30 sena ilu – One News

Notifiki

Mitħna ta’ 300 sena li reġgħet ingħatat il-ħajja 30 sena ilu

Il-mitħna ta’ Birkirkara hija magħrufa bħala l-Mitħna tal-Maħlut u għal aktar minn 200 sena pproduċiet id-dqiq. Għandna filmati minn barra u clip 7292 kif kienet l-mitħna qabel.

F’Ġunju tal-1990, l-artist Gabriel Caruana u martu Mary Rose biddlu din il-mitħna f’ċentru għall-artisti, biex jagħtu spazju għall-arti moderna u kontemporanja b’aċċess sħiħ għall-pubbliku.  ritratti pics & other material

Bint il-koppja, Raffaella Zammit tirrakonta jum it-tnedija li minkejja li kienet għadha tifla tiftakru b’mod ċar.

Hija qaltilna: “Xi ħaġa li kienet għal qalbu ħafna u kienet tippromovi ċ-ċeramika kontemporanja. Kienet milqugħa b’mod tajjeb, jiena kont għadni tifla żgħira kelli lanqas għaxar snin imma għadni niftakar. Kien hawn ħafna nies u l-atmosfera kienet vera sabiħa jiġifieri.”

Hija tirrakkonta wkoll l-memorji ta’ tfulita fejn tidħol l-arti ma’ missierha, li ħalla din id-dinja f’Lulju ta’ sentejn ilu.

Raffaella sostniet: “Mhux li jisfurzana imma li nikkrejaw flimkien. Kienet xi ħaġa naturali jiġifieri mhux xi ħaġa just naqbdu karta pereżempju u nibdew npinġu flimkien jew naqbdu t-tafal u nibdew nagħmlu xi ħaġa.”

Il-mitħna waqfet tintuża għal dan l-iskop fl-1929, u sal-1970 serviet ta’ kenn għal bosta nies li marru jgħixu Birkirkara minħabba l-gwerra.

Il-binja ġiet restawrata fl-1980 biex imbagħad għaxar snin wara bdiet tintuża bħala ċentru għall-arti.

Il-Kuratur u d-Direttur tal-Fondazzjoni Gabriel Caruana, Elyse Tonna, appellat biex kull min għandu xi stejjer jew materjal li jitfgħu dawl fuq l-istorja tal-Mitħna jgħaddihom lill-Fondazzjoni, biex eventwalment jiġu ppubblikati fi ktieb.

Hija qalet: “Nixtiequ li nsiru nafu dawn l-istejjer u ovvjament dan ħa jifforma parti mir-riċerka li qed nagħmlu fuq ix-xogħol kollu li sar fil-mitħna f’dawn l-aħħar 30 sena u nħeġġu lill-pubbliku sabiex jibgħatilna l-istejjer tagħhom.”

 Kull min għandu xi informazzjoni jew materjal jista’ jikkuntattja lill-fondazzjoni fuq il-paġna ta’ Facebook “Gabriel Caruana Foundation” jew billi jibgħat email fuq [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *