L-Air France mistennija tagħti s-sensja lil 7,500 ħaddiem minħabba l-pandemija tal-Coronavirus – One News

Notifiki

L-Air France mistennija tagħti s-sensja lil 7,500 ħaddiem minħabba l-pandemija tal-Coronavirus

Il-linja tal-ajru Franċiża, Air France, mistennija tagħti s-senja lil 7,500 ħaddiem, dan wara li s-settur turistiku ħa daqqa kbira kawża tal-pandemija tal-Covid-19.

Il-linja tal-ajru meqjusa bħala t-tieni l-akbar fl-Ewropa mistennija twaqqaf 6,500 impjegat minn AirFrance filwaqt li l-kumpanija Hop!, li topera b’mod reġjonali, se twaqqaf il-ħidma ta’ 1,020 ħaddiem.

Fi stqarrija ntqal kif għall-kumpanija, it-triq se tkun waħda kawta kawża ta’ inċertezza li ġab miegħu l-Covid-19.

Dawn is-sensji se jkunu qed isiru tul dawn it-tliet snin.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend