Il-KE ħadet lill-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja wara li ma daħlux direttivi rigward ħasil ta’ flus – One News

Notifiki

Il-KE ħadet lill-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja wara li ma daħlux direttivi rigward ħasil ta’ flus

Il-Kummissjoni Ewropea ressqet lill-Awstrja, il-Belġju u l-Olanda quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba nuqqas ta’ leġislazzjonijiet fil-kostituzzjonijiet tagħhom kontra l-ħasil tal-flus.

Dawn il-pajjiżi naqsu milli jdaħħlu leġislazzjonijiet li jirrigwardjaw l-imħatri fl-Awstrija, mekkaniżmi rigward dipartiment tal-Intelliġenza finanzjarja fil-Belġju, u l-Olanda ma daħlitx il-liġi li tingħata l-informazzjoni fuq sidien ta’ korporazzjonijiet u entitajiet legali.

Il-membri stati kollha kellhom idaħħlu dawn il-liġijiet fis-26 ta’ Ġunju 2017, u issa l-Kummissjoni Ewropea qed tieħu azzjoni konta dawk l-istati membri li m’adottawx uħud minn dawn il-liġijiet.

Bħalissa għaddejjin proċeduri kontra tmien stati membri, filwaqt li tliet stati membri rċivew modi ġodda ta’ kif jistgħu jaddottaw dawn il-liġijiet, hemm proċeduri kontra żewġ membri stati li għadhom pendenti u llum il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq lill-Awstrija, il-Belġju u l-Olanda quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

    1. Prosit Matteoti.X passi hadet il KE kontra l germanja fuq il hasil tal flus.Jew ghax Van Der Layer kienet il ministru tal finanzi ma huwa ha jsir xejn fuq il banek germanizi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend