Iġarrab ġrieħi gravi wara hit and run f’Birżebbuġa – One News

Notifiki

Iġarrab ġrieħi gravi wara hit and run f’Birżebbuġa

Raġel ta’ 38 sena mir-Rabat, Għawdex, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra meta ntalaqat minn vettura.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mixħuta fl-art bil-possibiltà li dan kien iltaqat minn vettura.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma – ir-raġel ta’ 38 sena – kien mixi fl-imsemmija triq u ntlaqat minn vettura li allegatament minnufih ħarbet minn fuq ix-xena.

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn persuna li nzerta fl-inħawi qabel ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend