Ħafna qed isiru ommijiet wara li jagħlqu t-30 sena – One News

Notifiki

Ħafna qed isiru ommijiet wara li jagħlqu t-30 sena

Studju nazzjonali li sar għall-2018 juri kif il-maġġoranza tan-nisa li saru ommijiet kellhom aktar minn 30 sena. Dan ifisser li l-ommijiet Maltin qed ‘jikbru’.

Fil-fatt l-istess studju juri kif aktar mal-4,400 wild tal-2018 twieldu lill-ommijiet ta’ bejn it-30 u l-34 sena, biex b’hekk kompla jonqos il-proporzjon ta’ trabi li jitwieldu minn ommijiet li għandhom anqas minn 30 sena.

Id-Dipartiment tas-Saħħa qal li tul l-2018 twieldu 4,516-il tarbija, 118 aktar minn l-2017.

51.4% minn dawn twieldu lill-koppji mhux miżżewġa, u ftit aktar minn 66% twieldu lill-koppji miżżewġa. L-istudju jissokta juri kif minn dawn kollha 158 omm kellhom bżonn l-għajnuna biex ikollhom it-trabi, u aktar minn nofshom twieldu grazzi għall-proċess tal-IVF jew bl-injezzjoni tal-isperma. Tul din is-sena kienet innutata wkoll żieda fl-ommijiet mhux imwielda Malta, li kienu jgħoddu kważi 25%. Il-maġġoranza ta’ dawn kienu minn pajjiżi Ewropej, u jidher ukoll li numru kbir ta’ nisa li saru ommijiet sentejn ilu lestew sal-edukazzjoni terzjarja.

Id-Dipartiment tas-Saħħa nnota dan l-aħħar dettall b’sodisfazzjon hekk kif l-edukazzjoni tal-omm kapaċi taffettwa t-twelid tal-ulied.

Il-maġġoranza ta’ dawn it-trabi twieldu bi ħlas normali, u tul l-2018 saru 1,400 ċesarja ta’ emerġenza waqt it-twelid. Ftit aktar minn 17% tal-ommijiet għażlu huma li jweldu b’ċesarja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend