Festival fuq tliet ġimgħat bi spettaklu divertenti – One News

Notifiki

Festival fuq tliet ġimgħat bi spettaklu divertenti

Fl-isfond tal-fortifikazzjoni storiċi fil-Port il-Kbir, bejn is-26 ta’ Ġunju u t-18 ta’ Lulju se jittella’ fesitval b’numru ta’ attivitajiet kulturali fil-Valletta Waterfront.

Dan il-festival se jkun qed jimxi mar-regolamenti attwali tas-saħħa u tas-sigurtà u se jipprovdi taħlita artistika akkumpanjata b’ġeneri differenti ta’ mużika, kummiedja, żfin, poeżija u arti viżwali.

Sigmund Mifsud, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, qal li l-orkestra, flimkien mal-Valletta Cruise Port, ħadet din l-inizjattiva biex torganizza dan il-festival.

Huwa spjega: “Permezz tal-artisti tkun motivazzjoni għan-nies biex jibdew joħorġu u jgawdu t-talent lokali.”

Hervé Delpech, Uffiċjal Kap għall-Istrateġija tal-Bank, qal li x-xewqa kienet li tiġi offruta l-opportunità ta’ avvenimenti artistiċi ta’ kwalità bil-mod kif aħna mdorrijin ingawdu l-iljieli sajfin.

Huwa stqarr: “To create this event and make it possible for the artist that have suffered in the last few weeks to offer them a stage to offere them an opportunity. An opportunity to bring together all the communities, the communities of the Maltese and the communities of the artists to celebrate Summer.”

Stephen Xuereb, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, qal li l-avvenimenti se jkunu opportunità biex in-nies igawdu r-rinovar li qed isir fil-Valletta Waterfront permezz tal-investiment ta’ aktar minn żewġ miljun ewro.

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu qed jgħinu permezz ta’ reklamar f’Malta u barra minn xtutna għat-turisti li se jżuru pajjiżna f’Lulju.

Intant, il-Ministru għall-Kultura, Josè Herrera qal li l-kultura tqed erġa’ tiġi elevata permezz ta’ dawn l-avvenimenti minn diversi artisti lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend