Delia jiddefendi lil Arrigo dwar l-involviment tiegħu ma’ kumpaniji ta’ Yorgen Fenech – One News

Notifiki

Delia jiddefendi lil Arrigo dwar l-involviment tiegħu ma’ kumpaniji ta’ Yorgen Fenech

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ddefenda lil Viċi-Kap tiegħu Robert Arrigo wara li nkixef l-involviment t’Arrigo fil-kumpanija Hummingbird properties.

Nhar l-Erbgħa li għadda l-whip tal-Gvern Glenn Bedingfield fl-aġġornament żvela kif il-kumpanija Hummingbird Properties kellha attività kummerċjali mal-kumpaniji ta’ Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Mistoqsi dwar dan minn dan l-istazzjon il-Ġimgħa waranofsinhar, Delia qabeż għall-Viċi-kap tiegħu.

Qal li Robert Arrigo ma’ ammettiex dan l-involviment. Huwa qal: “M’ammetta xejn Robert Arrigo. Xejn.”

Iżda l-Viċi-Kap Nazzjonalista kien diġà ammetta ġurnata qabel mas-sit Lovin Malta li l-kumpanija Hummingbird hija tiegħu u li kien daħal f’arranġamenti mal-kumpaniji ta’ Yorgen Fenech sabiex jopera l-Lukanda Topaz f’San Pawl il-Baħar.

Lukanda li ta’ spiss tirriklama bi prominenza fuq l-istazzjon Nazzjonalista qabel il-bulettin tal-aħbarijiet.

Glenn Bedingfield kien staqsa wkoll jekk is-sid tal-kumpanija Hummingbird kienx jagħmel in-negozjati diretti ma’ Yorgen Fenech innifsu.

Bedingfield staqsa wkoll min hu dak id-deputat Nazzjonalista li għadu jagħti servizzi legali lill-kumpaniji li Yorgen Fenech għandu sehem dirett jew indirett fihom.

Bedingfield qajjem ukoll mistoqsijiet dwar sitwazzjonijiet oħra, fosthom dwar organizzar ta’ festini għand in-negozjant Yorgen Fenech.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend