Anzjan ta’ 90 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ xarabank f’Birkirkara – One News

Notifiki

Anzjan ta’ 90 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ xarabank f’Birkirkara

Anzjan ta’ 90 sena minn Tas-Sliema ġarrab ġrieħi gravi wara li ħabat bil-karozza tal-għamla Chevrolet Matiz, li kien qed isuq ma’ xarabank li kienet misjuqa minn Filippin ta’ 49 sena li joqgħod il-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu fi Triq Dun Karm f’Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend