Ramona Attard tefgħet in-nomina tagħha għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista – One News

Notifiki

Ramona Attard tefgħet in-nomina tagħha għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista

L-Avukat Ramona Attard tefgħet in-nomina tagħha għall-kariga ta’ President tal-Partit Laburista.

Fuq Facebook, Dr Attard kitbet li b’determinazzjoni se twettaq iktar ħidma favur il-valuri tal-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza.

Qalet: “Kburija li, sa lbieraħ stess, il-Prim Ministru appella għall-parteċipazzjoni iktar wiesgħa tan-nisa fit-tmexxija tal-Partit. B’hekk, wara li servejt fil-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista u eventwalment fit-team tal-komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, issa noffri l-impenn kollu tiegħi għall-kariga ta’ President.”

Filwaqt li l-Perit William Lewis reġa’ kkontesta għall-kariga tas-Segretarju Organizzativ tal-Partit Laburista. Louis Gatt u Marc Vella Bonnici tefgħu n-nomina tagħhom għal kariga ta’ Viċi President u s-Segretarju Internazzjonali rispettivament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend