Raġel iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-vettura fl-Imqabba – One News

Notifiki

Raġel iweġġa’ gravi wara li nqaleb bil-vettura fl-Imqabba

Raġel ta’ tnejn u ħamsin sena li joqgħod ir-Rabat qed isofri ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-vettura li kien qed isuq fl-Imqabba.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u kwart tal-Ġimgħa filgħodu fi Triq il-Belt Valletta, l-Imqabba.

Immedjatament, il-pulizija marru fuq il-post fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li saru rriżulta li s-sewwieq kien qiegħed isuq vettura tat-tip Mitsubishi Fuso u għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb. Filwaqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei ħa r-raġel l-isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend