L-ERA tgħid li l-papri fis-Salini qed imutu minħabba infezzjoni tal-Avian Flu u tas-Salmonella – One News

Notifiki

L-ERA tgħid li l-papri fis-Salini qed imutu minħabba infezzjoni tal-Avian Flu u tas-Salmonella

Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA qalet li l-papri li qed imutu fiż-żona tas-Salina huma infettati bl-Avian Flu u s-Salmonella.

L-ERA qalet li dan ħareġ minn riżultati ta’ testijiet li ħarġu nhar l-Erbgħa li għadda.

Intant fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għad-Drittijiet tal-Annimali qalu li dawn il-papri ġew ittestjati pożittivi għall-Influwenza A.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li m’hemm l-ebda riskju magħruf ta’ mard fuq il-bnedmin minn annimali infettati b’dan it-tip ta’ influwenza.

F’din l-istqarrija ntqal li s-sitwazzjoni qed tkun investigata mill-qrib u qed jittieħdu azzjonijiet xirqa skont il-każ mill-awtoritajiet veterinarji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend