Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo jippreżenta l-Premji għat-Teknoloġiji Innovattivi b’Rispons għall-COVID-19 – One News

Notifiki

Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo jippreżenta l-Premji għat-Teknoloġiji Innovattivi b’Rispons għall-COVID-19

Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo ppreżenta l-Premji għat-Teknoloġiji Innovattivi b’Rispons għall-COVID-19.

Dan il-premju qed jingħata mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali u huwa maħsub biex jinċentiva lil nies li jgħixu fil-gżejjer Maltin sabiex jiżviluppaw bosta teknoloġiji li bihom pajjiżna seta’ jikkumbatti aħjar l-imxija tal-Coronavirus.

Is-Sur Marc Anthony Azzopardi f’isem id-Dipartiment għall-Inġinerija għas-Servizzi Eletroniċi kklassifika fl-ewwel post, sewgit mis-Sur David Sciberras f’isem il-kumpanija “Invent 3D” li ġie fit-tieni post. Dan wara li saret l-evalwazjoni ta’ 23 applikazzjoni.

Il-premju rebbieħ kien jikkonsisti f’ħolqien ta’ UVGI Mask/Respirator Decontaminator  li huwa mmirat għal persuni li jaħdmu fl-qasam tas-saħħa. Is-Sur Azzopardi flimkien mat-tim tiegħu ħolqu apparat li permezz ta’ radjazzjoni ġermiċida u ossiġnu ożonu li jnaqqas sostanzjalment il-bijo-piż virali fuq mhux iżjed minn disa’ respiraturi tal-wiċċ, biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw minn persuni mediċi f’każ li s-servizzi tas-saħħa ma jkunux qed ilaħħqu mad-domanda medika li ġabet magħha l-pandemija f’pajjiżi oħrajn.

Ix-xogħol tas-Sur David Sciberras li ġie fit-tieni post kien marbut mal-iżvilupp ta’ stampar fit-tielet dimensjoni b’tagħmir li jintuża ma’ sistemi moderni ta’ infiltrar biex itejjeb il-moviment tal-arja. Dan il-proġett inkluda ‘ear savers’ biex itaffu l-ħsara fil-widnejn ta’ dawk li jbatu mill- maskra kirurġika, kif ukoll il-ħolqien ta’ stazzjonijiet permanenti li jitrattaw sanitizzazzjoni tal-idejn bl-għan aħħari li jitnaqqas il-perċentwal ta’ serq li kienu qed jesperjenzaw l-isptarijiet malli faqqgħet din il-pandemija. Is-Sur Sciberras flimkien mat-tim tiegħu għamlu dan il-proġett b’kollaborazzjoni ma’ Central Procurement u Supplies Unit fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Infezzjonijiet tal-Isptar Mater Dei.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għal Innovazzjoni Diġitali s-Sur Stephen Mccharty rringrazzja lill-parteċipanti kollha li taw il-kontribut tagħhom biex din l-inizjattiva tkun ta’ suċċess.

Is-Sur Mccarthy qal ukoll li inizjattivi bħal dawn jgħinu bil-kbir biex Malta tkompli turi l-ħiliet tagħha fil-qasam teknoloġiku.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo rringrazzja lil din Awtorità ta’ dan il-programm li permezz tiegħu kompla joħroġ it-talent li għandu pajjiżna fil-qasam diġitali.

L-Onor. Bartolo saħaq fuq l-importanza li għandu s-settur diġitali fid-dinja li qed ngħixu fiha llum il-ġurnata. Għalhekk huwa importanti li pajjiżna jkunu ppreparat għall-ġejjieni, dan jista’ jsir billi nżidu l-isforzi u l-inizjattivi fil-qasam tal-innovazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend