Infjorata b’turija ta’ solidarjetà u b’messaġġ ta’ tama fl-Għarb, Għawdex – One News

Notifiki

Infjorata b’turija ta’ solidarjetà u b’messaġġ ta’ tama fl-Għarb, Għawdex

Fl-Għarb Għawdex ittellgħet infjorata fil-pjazza bit-tema ‘Nilqgħukom fostna Għarb Għawdex’, biex jintwerew il-prospettivi ġodda wara ż-żmien tal-COVID-19 u kulħadd jibqa’ pożittiv fix-xhur li ġejjin.

Din tħaddmet mill-Grupp volontarju Infjoraturi Għarb, li għandu rabtiet ukoll mal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Infjorata. Id-disinn tal-infjorata ta’ din is-sena sar mis-Sur Michael Bajada.

Is-Sindku tal-Għarb David Apap Agius spjega li din is-sena l-infjorata saret bil-melħ ikkulurit.

Huwa spjega: “Għamilnieha bil-melħ minħabba restrizzjonijiet li kienu imposti u ma stajniex naħdmu fil-viċin, u ridna nsibu mezz biex niċċelebraw il-festa, inżommu t-tradizzjoni tal-infjorata, inżommu wkoll ir-regolamenti u d-dettalji li tawna d-Dipartiment tas-Saħħa.”

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li din l-infjorata se sservi ta’ attrazzjoni turistika, hekk kif issa fetaħ ukoll l-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Fil-fatt hemm il-ħsieb li din tibqa’ għall-wiri tul is-sajf.

Il-Ministru Camilleri qal: “Però aktar minn hekk ukoll se tilqa’ lit-turisti li se jkunu qed iżuru lil Għawdex, partikolarment ir-raħal tal-Għarb.”

Ritratti: MGOZ

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend