Il-KE b’azzjoni legali kontra 10 pajjiżi li ma tawx rifużjoni għal titjiriet li ġew ikkanċellati – One News

Notifiki

Il-KE b’azzjoni legali kontra 10 pajjiżi li ma tawx rifużjoni għal titjiriet li ġew ikkanċellati

Il-Kummissjoni Ewropea b’azzjoni legali kontra għaxar pajjiżi stati membri għall-fatt li naqsu milli jirrispettaw ir-reogli tad-drittijiet tal-passiġġieri minħabba t-tfixkil li ġabet magħha l-pandemija COVID-19 fis-settur tal-avjazzjoni.

Skont id-direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-ivvjaġġar, persuni li kienu se jivvjaġġaw fil-perjodu li l-ajruporti kienu magħluqa, huma ntitolati għal rifużjoni sħiħa jew vouchers f’każ li l-operaturi kkanċċellaw.

L-għaxar pajjiżi li l-KE se tieħu passi kontrihom huma: ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja. Il-Kumissjoni Ewropea qalet li dawn l-10 pajjiżi jew ma tawx rifużjoni jew li taw vouchers biss.

Dawn l-istati membri issa għandhom xahrejn biex iwieġbu lill-Kummissjoni u jemendaw ir-regoli tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Naħseb li kien għal xi wħud li suppost jiddefendu li pajjiżna fl-eu, anki Malta (mingħajr ħtija) xtaqu u kienu jagħmlu ħilithom biex teħel!!!
    Naħseb anki xi taprsi ġurnalisti u soċjetajiet (in) ċi (vili) d-diżappuntati mmens li Malta (anki jekk m’għandiex x’taqsam) ma’ weħlet xejn!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend