Żewġ immigranti jeħlu l-ħabs u se jintbagħtu lura pajjiżhom wara ħsarat fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi – One News

Notifiki

Żewġ immigranti jeħlu l-ħabs u se jintbagħtu lura pajjiżhom wara ħsarat fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid tan-nazzjonalità Eġizzjana ntbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed wara li nstabu ħatja għal danni li għamlu fiċ-Ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi.

Il-kaz ġara fi 12 ta’ Diċembru 2019, meta taw in-nar tinda u vettura u għamlu ħsara fiċ-ċentru.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud immulta lill-immigranti €8,691 kull wieħed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru u ordna sabiex wara li jisskontaw is-sentenza priġunerija jintbagħtu lura l-Eġittu.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud qal li l-ordni pubblika tapplika għal kulħadd. Qal li l-immigranti mhux biss kienu Malta illegalment, imma anki ma qalux il-verità u flok imxew mal-liġi għażlu t-triq ta’ vjolenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend