Normalità ġdida fiċ-ċentru tal-Esplora – One News

Notifiki

Normalità ġdida fiċ-ċentru tal-Esplora

Iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza, l-Esplora jinsab lest biex jerġa’ joffri esperjenza għall-viżitaturi imma bin-normalità l-ġdida. Dan filwaqt li se jittieħdu numru ta’ miżuri bil-għan li jkunu ssalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà pubblika.

Iċ-Chairman tal-Kunsil Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Dr Jeffrey Pulicino Orlando stqarr li hekk kif Malta rrilaxxat il-miżuri kontra l-imxija tal-Coronavirus, il-viżitaturi mħeġġa jesperjenzaw dak li għandu x’joffru l-Esplora waqt li jkunu mħarsa l-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Iċ-Ċentru tal-Esplora se jsir b’aċċess sħiħ għaż-żoni tal-esibiti kollha qiegħed jaħbat mal-ħinijiet tal-istaġun tas-sajf. Wieħed huwa mħeġġeġ li jieħu vantaġġ mill-fatt li ċ-ċentru interattiv huwa mifrux fuq medda vasta ta’ 22,000 metru kwadru.

Dawk li se jżuru ċ-Ċentru tal-Esplora f’dawn iż-żminijiet għandhom opportunità li jgawdu minn esperjenzi interattivi ta’ ’l fuq minn 200 esibit, li jistgħu jqanqlu wkoll il-kurżità tagħhom billi jaraw science show interessanti u jsegwu xi planetarium film.

Apparti minn hekk, il-pubbliku jista’ jerġa’ jibda jesperjenza avvenimenti speċifiċi, fosthom: huma l-Autism Friendly Hours, li jsir kull xahar, is-Seniors Friendly Events, il-Paranormal Trail u l-Esplora Afterhours, fix-xhur li ġejjin.

Il-viżitaturi jistgħu jieklu xi ikla bnina mill-EsploraCafé, kif ukoll jieħdu magħhom lura d-dar xi tifkira mill-EsploraShop!

Il-biljetti tad-dħul huma disponibbli mill-ġdid mir-Reception ta’ Esplora.

Għal aktar informazzjoni żuru s-sit esplora.org.mt  jew jekk tixtiequ titkellmu ma’ membru tal-istaff tagħna, tistgħu ċċemplu fuq 2360 2300.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend