Mijiet t’iljunfanti jinstabu mejta fil-Botswana – One News

Notifiki

Mijiet t’iljunfanti jinstabu mejta fil-Botswana

Għadu misteru kif u biex mietu dawn il-mijiet ta’ ljunfanti li nstabu f’Botswana matul ix-xahrejn li għaddew. 

Dr Niall McCann tenna li sabu aktar minn 350 karkassi ta’ iljunfanti f’Okavango Delta mil-bidu ta’ Mejju l’hawn.

Intant għadu ħadd ma jaf l-kawża wara l-mwiet ta’ dawn l-annimali. Diversi kampjuni ttieħdu fil-laboratorji għal aktar studju iżda għadhom ‘l bogħod milli jiddentifikaw ir-raġuni eżatta.

Botswana hija d-dar ta’ tliet kwarti tal-populazzjoni t’iljunfanti Afrikani li aktar ma jmur, iktar qed jonqsu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *