Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro – One News

Notifiki

Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro

Statistika tal-EUROSTAT uriet li matul Mejju, Malta kellha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro.

F’Mejju, ix-xahar fejn pajjiżna beda ħiereġ bil-mod mill-pandemija, f’Malta ġiet irreġistrata rata ta’ qgħad ta’ 4.2%.

Dan skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.

Madankollu r-rata ta’ qgħad medja fiż-żona ewro fl-istess xahar imsemmi kienet ta’ 7.4%.

Dan ifisser aktar minn 3% minn f’Malta.

B’rabta ma’ dan, permezz ta’ twitter, il-Prim Ministru Robert Abela qal li bil-politika ekonomika tal-Gvern ġie mħares is-settur tax-xogħol u żammejnih lest għaż-żmien li bdejna nirkupraw.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend