Jinħatru 30 Surġent ġdid tal-Pulizija – One News

Notifiki

Jinħatru 30 Surġent ġdid tal-Pulizija

30 kuntistabbli tal-Pulizija, illum waranofsinhar ġew promossi fil-kariga ta’ surġent, f’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana.

Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Dr Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà. B’kollox inħatru 18-il raġel u 12-il mara bħala surġenti tal-Pulizija.

Il-Ministru Byron Camilleri, appella lis-surġenti l-ġodda sabiex jibqgħu jkunu ambizzjużi. Huwa spjega kif fil-karriera tagħhom iridu jkunu huma l-ambaxxaturi tad-dixxiplina fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. “Tistriħux għax issa sirtu surġenti. Oħorġu għal ġurnata tax-xogħol biex tkunu ta’ eżempju għall-kollegi l-oħra”, qal il-Ministru Camilleri.

Il-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, indirizza lis-surġenti l-ġodda u qal li dak kollu li se jagħmlu, mhux biss se jħalli impatt fuqhom infushom, imma fuq l-operat kollu tal-Korp.

Huwa qal li t-triq ‘il quddiem hija li l-Korp tal-Pulizija jkun aktar pro-attiv. “Irridu naraw li jkun
hemm aktar kommunikazzjoni mal-vittmi għax din tagħmel differenza. Il-vittmi rridu npoġġuhom fiċ-ċentru tal-operat tagħna. Tridu timxu bl-eżempju ħalli nirbħu l-fiduċja tannies, għax nafu li n-nies iridu Korp tal-Pulizija serju”, qal il-Kummissarju tal-Pulizija.

Il-Ministru Byron Camilleri u l-Kummissarju Angelo Gafà awguraw lis-surġenti u rringrazzjawhom tal-kontribut li qed jagħtu lill-pajjiż bħala membri tal-Korp tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend