James Pearsall se jinħatar Chairperson tal-MCESD – One News

Notifiki

James Pearsall se jinħatar Chairperson tal-MCESD

James Pearsall se jkun qed jinħatar Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD.

Pearsall beda l-karriera tiegħu fil-Malta Drydocks u kompla għal snin twal fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali mill-ftuħ tal-iskejjel tas-snajja u pparteċipa bis-sħiħ fit-twaqqif tal-MCAST.

Huwa serva bħala President tal-General Workers Unions u minħabba din il-kariga kien ukoll membru fl-MCESD.

Huwa se jkun is-sitt chairperson tal-MCESD u fl-aħħar ta’ Lulju se jkun qed jieħu post John Bencini.

Il-Ministru fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, awgura li s-Sur James Pearsall għal din il-kariġa l-ġdida u qal li jinsab kovint li huwa ser ikun qed jagħti l-kontribut tiegħu biex id-djalogu soċjali jkompli jissaħħaħ fl-interess tal-ġid komuni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend