Illejla jasal l-ajruplan tal-Air Malta mill-Indja wara titjira rari  – One News

Notifiki

Illejla jasal l-ajruplan tal-Air Malta mill-Indja wara titjira rari 

L-Air Malta operat titjira rari ħafna lejn il-kontinent Asjatiku.

Dan hekk kif l-Air Malta wasslet mija u għaxar persuni lejn l-Indja, f’titjira ta’ ripatriazzjoni filwaqt li ġabet lura merkanzija.

Iċ-Chairman tal-linja tal-ajru n-Nutar Charles Mangion fisser kif din it-titjira kienet waħda li tinvolvi ħafna arranġament ta’ operat.

Huwa spjega: “L-ajruplan jagħmel stop waħda f’Dubai mbagħad jicconectja hemmhekk. Hija flight ta’ 6,000 kilometru u tieħu madwar 11 hours. Naħseb its a first għal-linja tal-ajru però tajjeb li wieħed jgħid li fit-2005 konna għamilna flight b’merkanzija lejn Sri Lanka meta ħadna 8 tunellati f’dak il-pajjiż.”

In-Nutar Mangion irrimarka li tul il-pandemija l-Air Malta baqgħet topera titjiriet għall-merkanzija lejn erba’ ajruporti ewlenin fl-Ewropa filwaqt li għamlet diversi titjiriet ta’ ripatriazzjoni.

Huwa sostna: “Nikkalkula li sar mal-mitejn flight. Dan jerġa’ jikkonferma l-iskop u l-oġġettiv tal-Air Malta lejn il-pajjiż u l-validità tagħha għax kieku ma konniex aħna x-xogħol ma jistax isir jew isir bi spiża kbira għal pajjiż.”

F’dan il-kuntest Mangion ġedded l-appell sabiex dawk kollha involuti fil-linja tal-ajru jiġbdu ħabel wieħed sabiex ikun assigurat il-futur tal-Air Malta.

Is-Sur Mangion kompla jgħid: “Ejja naħdmu flimkien u dan hu l-appell tiegħi sabiex l-Air Malta tibqa’ għal 45 sena li jmiss, tiġġedded, tissaħħaħ u tkun iktar ta’ validità għal pajjiżna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend