Il-kap tal-mafja ‘Cosa nostra’ huwa fost l-arrestati waqt rejd fi Sqallija – One News

Notifiki

Il-kap tal-mafja ‘Cosa nostra’ huwa fost l-arrestati waqt rejd fi Sqallija

Il-kap l-ġdid tal-mafja ‘Cosa Nostra’ huwa fost dawk arrestati flimkien ma’ 45 oħra f’diversi postijiet madwar Sqallija dan wara li l-awtoritajiet Taljani wettqu rejd.

Ġie wkoll arrestat id-deputat mexxej tal-istess grupp fil-Ġermanja.

Waqt dan ir-rejd, fejn saret tfittxija f’madwar sittin dar, ġew issekwestrati mal-miljun u nofs ewro flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra li tpoġġew taħt investigazzjoni.

Il-kap l-ġdid Settimo Mineo li għandu 80 sena, ħa f’idejh it-tmexxija wara li Salvatore ‘Toto’ Riina li huwa magħruf bħala The Beast miet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend